PQ 13026 - Rapporti fuq West African Chemical Dumping
L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ħa l-Gvern dwar diversi rapporti fil-media u allegazzjonijiet li Malta hija hub tal-West African Chemical Dumping?
Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA, li hi l-Awtorità Kompetenti għat-transfrontier shipment ta' skart perikoluż qatt ma rċievit xi ilmenti jew allegazzjonijiet li Malta hija hub tal-West African Chemical Dumping, lanqas minn awtoritajiet oħra tal-UE. Jeżistu regolamenti li jirregolaw kif għandu jsir kull moviment ta' skart perikoluż meta jiġi biex ikun mormi. Ma hemm l-ebda record uffiċjali li jindika li qatt ġie rikjest li jkun hemm xi trasport ta' skart perikoluż lejn l-Afrika tal-Punent. L-informazzjoni li għandha l-MEPA hija li dan l-iskart jiġi esportat minn Malta lejn pajjiżi tal-OECD jew pajjiżi oħra li għandhom faċilitajiet idoneji. Jekk kien il-każ li sar xi abbuż dan kien ċertament illegali u l-MEPA mhix a konoxxenza tiegħu. Madanakollu, il-MEPA ser iżomm is-sitwazzjoni taħt osservazzjoni u jekk ikun hemm xi indikazzjoni ta' xi abbuż jew taslilha xi informazzjoni, tgħaddi din lill-Pulizija.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






