Home | Sitemap | Contacts

PQ 13975 - Bozoz Energy Savers

L-ONOR. LEO BRINCAT  staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Wara l-aħbar li l-bozoz tradizzjonali se jinqatgħu sa Settembru 2012 kif tħabbar fuq il-mezzi tax-xandir u wara n-numru ta' bozoz  energy savers li l-Gvern qassam, mingħajr ebda preġudizzju għall-pass pożittiv li ttieħed li jiġu ntrodotti f’pajjiżna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra:
    a) X'kampanja edukattiva għamel il-Ministru biex jassigura s-saħħa tan-nies li jużaw dawn il-bozoz, meta dawn fihom kimika tossika li hi l-merkurju?
    b) X'mezzi qed juża biex jassigura li r-rimi ta' dawn il-bozoz, li huma meqjusa bħala skart tossiku, jsir skond id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea WEEE (Waste from Electric and Electronic Equipment)?
    ċ) Jista' jgħid meta l-Avviż Legali 63 ta' l-2007 dwar ir-rimi ta' dan l-iskart tossiku daħal fis-seħħ?
 

  ONOR. GEORGE PULLICINO:  Qabel xejn napprezza l-fatt li llum l-Oppożizzjoni tqis l-iskema tat-tqassim tal-bozoz energy-saving bħala “pass posittiv” minkejja li fil-passat ippruvat tirredikola din l-inizjattiva.  Sadanittant, nixtieq ninforma lill-Onor Membru li l-pubbliku kien infurmat kif għandu juża’ dawn il-bozoz permezz ta’ informazzjoni li kienet inkluża fil-voucher stess.

Jien infurmat ukoll li l-WasteServ qed tagħmel riklami kontinwi fuq il-mezzi tax-xandir biex il-pubbliku biex jagħmel użu mill-5 Ċentri għall-Skart Goff (Civic Amenity Sites) f’Malta u Għawdex meta jiġi biex jarmi dawn il-bozoz użati.  Dawn il-bozoz qed jiġu trattati l-istess bħal fluorescent tubes, li qed jinġabru separatament f’dawn ic-centri.

Wara, l-WasteServ tiddisponi minnhom skond id-direttivi li hemm fis-seħħ dwar hazardous waste.

Dwar l-aħħar parti, nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.