Home | Sitemap | Contacts

PQ 13805 - Ministeru ghal Ghawdex - internal audits f awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet

L-ONOR. LEO BRINCAT  staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li:
    a) għandhom internal auditor?
    b) li għad m'għandhomx internal auditor?
    ċ) f'każ ta' dawk li għandhom internal auditor tgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
    d) filwaqt li tagħti raġuni għaliex m'hemmx internal auditor f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, tindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?

ONOR. GIOVANNA DEBONO:  Ninsab infurmata li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex m'għandux internal auditor.  Minkejja dan, id-dipartimenti li jaqgħu taħtu jistgħu jinqdew bis-servizzi tad-Direttorat ta' l-Internal Audit and Investigations fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.  Wieħed irid jistenna li r-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex ikun iffinaliżżat qabel ma jiġi indikat jekk hux se jintela dan il-post.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.