PQ 13806 - Ministeru ghall-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport - internal audits f awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet
L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport: Tista' l-Ministru tagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li:a) għandhom internal auditor?
b) li għad m'għandhomx internal auditor?
ċ) f'każ ta' dawk li għandhom internal auditor tgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
d) filwaqt li tagħti raġuni għaliex m'hemmx internal auditor f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, tindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






