PQ 13812 - Write-off ta certi bilanci ta bosta taxpayers
L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: F’Marzu 2008, il-Kummissarju tat-Taxxi Interni għamel write-off ta’ ċerti bilanċi ta’ bosta taxpayers li, skont hu, kienu ġew preskritti, jista’l- Ministru(i) jagħti l-lista ta’ dawn it-taxpayers;
(ii) jgħid kemm kien il-bilanċ tat-taxxa li nqata’ mir-rekord tat-taxpayers f’kull kaz;
(ii) jgħid jekk kull write-off imsemmi sarx fuq talba tal-istess taxpayers jew inkella b'deċiżjoni ħielsa tal-Kummissarju wara li kien sar l-iċċekkjar meħtieġ?
ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji mitluba dwar it-taxpayers individwali ma jistgħux jingħataw minħabba li l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa ma jippermettix li dawn jingħataw, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.
Ir-write off imsemmi sar b’deċiżjoni tal-Kummissarju u wara l-iċċekkjar meħtieġ li dawn l-ammonti kienu preskritti.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn ir-write offs jiġu awditjati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta l-Awditur.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






