Home | Sitemap | Contacts

PQ 13798 - Uffiċċju tal-Prim Ministru - Internal audits f awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet

L-Onorevoli LEO BRINCAT
staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):


      Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu li:
      a) għandhom internal auditor?
      b) għad m'għandhomx internal auditor?
      ċ) f'każ ta' dawk li għandhom internal auditor jgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
      d) filwaqt li jagħti raġuni għaliex m'hemmx internal auditor f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, jindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?

      Tweġiba:

      Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx awditur intern fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

      L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li għalkemm ma hemmx awditur intern f’xi entità partikolari dan ma jfissirx li ma hemmx sistema ta’ awditjar intern għar-raġuni li peress illi l-awditjar intern fid-Dipartimenti u Entitajiet isir skond l-artikoli 4 u 5 ta’ l-Att dwar Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji, Kap 461.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.