Home | Sitemap | Contacts

PQ 10924 - Awtorità tat-Turiżmu ta Malta - ħatra ta konsulenti

L-Onorevoli LEO BRINCAT
staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):


      Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li ADI Associates inħatru konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk iva, meta nħatru u meta ħarġet is-sejħa għal offerti? Kemm ħadet konsulenzi l-ADI Associates mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta s’issa? Kemm tħallsu fis-snin 2008-2009 (to date) rispettivament? Huwa minnu li bħala konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dawn ġieli attendew laqgħat ma' żviluppaturi u stakeholders oħrajn meta ċerti tenders lanqas biss kienu għadhom ġew aġġudikati?


      Jista' jgħid liema ditta ta’ konsulenza hija nvoluta fit-tender GF/00153/06 li tikkonċerna Proposed Upgrading of Coastal Area and Development of a Sandy Beach? Jista' jikkonferma kemm kien hemm każi fejn ADI Associates apparti milli kienu preżenti fl-istadji kollha tal-proċess tat-tendering kif jista' jiġi kkonfermat mill- minuti tal-iscoping meetings, dawn saħansitra kienu wkoll responsabbli biex huma stess jagħmlu l-compilation tal-PDS għat-tender?

      Billi ADI Associates kienu preżenti flimkien mal-iżviluppatur, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar għall-iscoping meeting tal-21 ta' Mejju 2008, jista' jgħid jekk ADI Associates humiex xorta waħda eliġibbli biex jiġu kkunsidrati għat-tender in kwestjoni u jekk it-tender ġietx aġġudikata?

      Jidhirlu l-Prim Ministru li dan huwa każ ċar ta’ allegat każ ta’ kunflitt ta’ interess? Jista' jikkonferma jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’xi stadju jew ieħor kienx diġa’ ġie nfurmat dwar dawn l-allegati abbużi? Kif jinkwadra dan kollu mat-trasparenza li hu permezz tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu qed jgħid li jixtieq idaħħal fis-sistema tal-environment impact assessment consultancies bħala parti mir-riforma tal-l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

      Tweġiba:

      Infurmat li l-ADI Associates huma waħda minn numru ta’ kumpaniji li l-Awtorità tat-Turiżmu tuża’ għal xogħol ta’ konsulenza minn żmien għal żmien fuq bażi proġettwali (project based assignments).

      L-ADI Associates jattendu laqgħat hekk kif ikun mitlub lilhom mill-Awtorità tat-Turiżmu u skont il-ftehim deskritt hawn fuq.

      L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li GF/00153/06 m’ huwiex tender imma hija referenza tal-MEPA li tirreferi dwar il-bżonn ta’ studju ambjentali (EIA) marbuta mal-proġett tal-krejazzjoni ta’ Bajja fil-Qawra.

      L-ADI Associates kienu mqabbda mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex huma jikkompilaw il-PDS li huwa neċessarju biex fuqu l-MEPA tieħu deċiżjonijiet dwar il-proġett fosthom biex jinħarġu ‘t-terms of reference’ tal-EIA, proċess li huwa kompletament pubbliku. Fil-fatt it-terms of reference li jintużaw għat-tender tal-EIA huma dawk kif maħruġin mill-MEPA.

      Fil-meeting pubbliku li sar dwar l-iscoping tal-EIA il-konsulent uffiċjali tal-MTA, preżenti kien hemm biss il-perit tal-proġett.

      Għalkemm fil-minuti tal-MEPA ta’ dan l-istess meeting l-ADI Associates huma mniżżlin bħala konsulenti tal-MTA, dan mhux korrett. L-MTA infurmata li l-ADI Associates attendew dan il-meeting minn jheddhom peress li kien meeting pubbliku.

      L-MTA ħadet parir legali fuq dan kollu u irriżulta li l-MTA ma setgħetx iżżomm lill-ADI Associates milli jiġbru u jitfgħu offerta għat-tender tal-EIA.

      Fil-fatt iż-żewġ kumpaniji li tefgħu l-offerta għat-tender għall-EIA (ADI Associates u AIS Environmental Limited) kellhom konsulenti (anke jekk fuq bażi individwali) li b’xi mod kienu involuti fi stadji oħra tal-istess proġett.

      Wara li tlesta l-istudju tal-mathematical modeling, li kellu janalizza l-istabilità tar-ramel, irriżulta li sabiex tinżamm il-bajja hemm bżonn numru ta’ strutturi protettivi li jistgħu joħolqu impatt viżiv u ambjentali. Għaldaqstant it-terms of reference tat-tender oriġinali ma baqgħux japplikaw u t-tender tal- EIA kellha titwaqqaf.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.